Lokali

Joseph, Keith u Konrad għadhom ħbieb kbar

L-editorjal ta’ The Malta Independent tal-lum jikritika b’mod aħrax il-mod kif, minkejja l-iskandlu ta’ korruzzjoni tal-Panama Papers, Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi għadhom ħbieb kbar daqs li kieku qatt ma kien xejn.

L-editur ta’ The Malta Independent ħa spunt miż-żjara li t-tlieta li huma għamlu f’Singapore biex jaraw it-tanker tal-gass li se jpoġġu fil-bajja ta’ Marsaxlokk ftit tal-ġranet oħra. Żjara li reġgħet qajmet l-iskandlu tal-Panama li l-attenzjoni tiegħu huma proprju ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.

Huwa ċar, tgħid l-Independent, li Konrad Mizzi mhux veru tneħħielu l-portafoll tal-enerġija – kif prova jagħti l-impressjoni Muscat fir-reshuffle – għax kif deher f’Singapore, Konrad Mizzi għadu jmexxu hu dan is-settur.

Iż-żjara fakkret lil ħafna fil-perikli kbar li t-tanker tal-agss se jġib miegħu ftit kilometri ‘l bogħod minn Marsaxlokk u Birżebbuġa. Anke fid-dawl tal-inċident bil-logħob tan-nar li seħħ f’Marsaxlokk nhar is-Sibt li għadda.

L-Independent tikritika wkoll il-fatt li għal din iż-żjara f’Singapore – li l-Gvern prova jpinġieha bħala pożittiva – ħa biss miegħu lill-PBS – f’dan il-każ Reno Bugeja – u li d-Dipartiment tal-Informazzjoni, iżda eskluda lill-media kollha l-oħra.

L-editorjal jintemm bi frażi ċara. Għandna kitchen cabinet fil-qalba tal-Gvern, bil-kumplament tal-Ministri, Segretarji Parlamentari u d-Deputati relegati fil-ġnub. Xi ħaġa, li jidher li aċċettawha.