Gozo for ALS hi attivita’ li ser tkun organzzata l-ġimgħa d-dieħla u li se tkun festa ghall-familja kollha. Waqt Gozo for ALS se jkunu qed jinġabru fondi għall-Fondazzjoni ALS li twaqqfet miż-żgħażugħ Bjorn Formosa li laqtitu l-kundizzjoni ALS
L-attivita’ se ssir fil-11 u 12 ta` Awwissu fis-Sannat Għawdex.
Matul il-jumejn ta’ attivitajiet se jiġu organizzati diversi attivitajiet sportivi fosthom mixja u ġirja ta’ 10km madwar ir-raħal ta’ Sannat.
Se jkun hemm imbgħad spettaklu għall-familja kollha bil-parteċipazzjoni ta’ Alison White Dancers, D-Capitals Band, Kyle Zarb u Sinnet Folklor Group fost oħrajn. Se titella’ anke kummiedja teatrali minn Starline creations b’kitba ta` Ronald Bugeja taħt direzzjoni artistika ta`George Mizzi. Jaghlaq is-serata tal-Ġimgħa Freddi Portelli.
Waqt din l-attivita’ se jkun qed jattendi anke Bjorn Formosa il-moħħ wara l-ALS Foundation Malta.
Dawn il-jumejn ta’ attivitajiet se jkunu organizzati minn Starline Creations Media Production b’kollaborazzjoni mal-kunsil lokali ta` Sannat u l-Ministeru għal Kultura u l-Ministeru għal Għawdex.
//= $special ?>