Infetħet kawża legali kontra s-sidien tal-logħba popolari bħalissa Pokemon Go minħabba dawk li jkunu qed jilgħabuha li qed jidħlu f’propjeta privata.
Il-kawża nfetħet minn raġel fl-Istati Uniti li xeba min-nies deħlin fil-propjetà privata tiegħu jfittxu lil xi wieħed mill-mostri tal-logħba. Il-kawża kontra n- Niantic, Nintendo, u The Pokemon Company tiftaħ ukoll il-bieb biex oħrajn jipparteċipaw wara li l-propjetà tagħhom spiċċat fil-logħba.
Ir-raġel, Jeffrey Marder minn West Orange f’New Jersey, qal li l-post tiegħu tpoġġa mingħajr permess fil-logħba u minħabba n-natura tal-logħba, dan ħoloqu inkonvenjent kbir.
Il-logħba, li ħarġet fis-6 ta’ Lulju, tintlagħab fuq l-ismart phone fejn wieħed irid imur idur it-toroq ifittex il-mostri tas-serje Pokemon u saret feonominu globali.
Apparti minhekk it-tmexxija tal-Hiroshima Peace Park fil-Ġappun talbet li l-post jitneħħa mil-logħba u l-istess qed jagħmel l-US Holocaust Memorial Museum u fl-ekskamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz ipprojbixxa li l-logħba tintlagħab hemmhekk.
L-ewwel problemi legali għal Pikachu
