Internazzjonali

Man-nofs miljun Ewropew fil-limbu minħabba l-Brexit

Kważi nofs miljun ċittadin mill-Unjoni Ewropea aktarx se jkunu sfurzati jitilqu mir-Renju Unit wara li l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Dan jirriżulta minn studju li ħareġ minn The Social Market Foundation. Studju li sab li bħalissa hemm 590,000 persuna mill-UE jgħixu fir-Renju Unit li m’għandhomx il-kriterji kollha biex jibqgħu fir-Renju Unit wara l-Brexit.
Hu mistenni li s-sena d-dieħla l-Gvern Ingliż iħabbar uffiċjalment li se jitlaq minn membru bit-tir li sal-2019 ikun telaq.
Iżda mit-3.6 miljun ċittadin tal-UE li bħalissa qed igħixu fir-Renju Unit, aktar minn 80 fil-mija se jkunu ilhom igħixu hemm għal ħames snin u għalhekk se jkollhom dritt jibqgħu fil-pajjiż.
Ir-rapport qal li minħabba l-indikazzjonijiet li n-negozjati se jieħdu t-tul, aktarx dawk iċ-ċittadini tal-UE li waslu qabel l-2014 se jkollhom id-dritt li jibqgħu fir-Renju Uniti sa meta jseħħ il-Brexit.
Il-Prim Ministru Theresa May tinsab taħt pressjoni mill-ewroxettiċi fi ħdan il-Partit Konservattiv biex iċ-ċittadini tal-UE jitilfu d-dritt li jgħixu fl-UE.