Lokali

Erba’ persuni għall-Isptar wara inċident tat-traffiku f’Tal-Barrani – Il-passiġiera sofrew ġrieħi gravi

Erba’ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-sitta u kwart seħħet ħabta f’Tal-Barrani, direzzjoni lejn iż-Żejtun bejn żewġ karozzi tat-tip Renault u Honda. Iż-żewġ sewwieqa tal-karozzi qegħdin isofru minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġiera qegħdin isofru ġrieħi gravi.

Ir-Renault kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti ż-Żejtun u miegħu kellu passiġġier ta’ 37 sena, residenti Ħaż-Żabbar.  Filwaqt li l-Honda kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 30 sena li miegħu wkoll kellu passiġġiera – mara ta’ 27 sena, it-tnejn residenti ż-Żejtun.

Fuq il-post waslu l-Pulizija u tliet ambulanzi, kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kellhom iqaċċtu partijiet minn waħda mill-karozzi biex setgħet tinħareġ mara li kienet ivoluta.

13901658_887984481307391_1430659856_o