Futbol Sport

FILMAT: Birkirkara eliminati mill-Europa League – iżda kitbu l-istorja tal-futbol Malti

UEFA Europa League – Tieni Leg tat-Tielet Rawnd Preliminari:

FC Krasnodar …. 3
Birkirkara FC  …. 1

Birkirkara FC joħorġu mill-grawnd b’rashom mogħlijja – hekk kif inqalgħu mill-UEFA Europa League fit-Tieni Leg tat-Tielet Rawnd Preliminari għal dan l-istaġun.

Iżda minkejja li sfaw eliminati, Birkirkara irnexxielhom jiktbu l-istorja tal-fubtol Malti hekk kif din l-avventura żgur li l-klabb se jibqa’ jissemma’ għaliha fis-snin li ġejjin – avventura li mexxiet il-futbol Malti l’ quddiem.

Fil-bidu tal-istaġun 2016/17, Birkirkara saru l-ewwel tim Malti li kkwalifika minn żewġ rawnds ta’ kwalifikazzjoni għall-Europa League. Iżda fit-tielet rawnd preliminari, sabu ma wiċċhom lit-tim b’saħħtu ta’ Kasnodar mir-Russja.

birkirkara 2

Fit-tieni leg tat-tielet rawnd preliminari, Krasnodar rebħu l-logħba bl-iskor ta’ 3-1, biex temmu l-avventura tat-tim Malti b’aggregate totali ta’ 6-1. Kienu Krasnodar li marru fil-vantaġġ l-ewwel meta fil-15-il minuta Eboue Kouassi seraq il-ballun wara kunfużjoni fid-difiża Karkariża, hekk kif Emerson Marcellina u l-goalkeeper Kopric ma ftehmux u l-attakant tat-tim Russu seraq il-ballun, wara li l-ballun ħabat miegħu u skurja b’lasta vojta.

Minn hemm, Krasnodar ma ħarsux lura, hekk kif fil-37 minuta, Joaozinho irdoppja l-iskor għat-tim Russu fil-grawnd tagħhom stess. Dan l-aħħar gowl fixkel għall-aħħar lill-Birkirkara, fejn żewġ minuti biss wara t-tieni gowl, kontrattakk veloċi mir-Russu ħalla lil Ricardo Laborde joħroħ qabel il-goalkeeper u b’xutt fir-rokna ġab lit-tim tiegħu fil-vantaġġ bi tliet gowls.

Hekk kif l-iskor safa 3-1, Birkirkara kisbu l-gowl tal-bandiera fit-tieni taqsima hekk kif fid-61 minuta, kien id-difensur Karkariż Predrag Jovic li b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ għeleb lill-goalkeeper Russu. Fl-aħħar tal-partita, t-tim Russu falla penalty hekk kif l-ballun ħabat mal-minduda u spiċċa barra. B’hekk l-iskor finali tal-logħba ntemm b’riżultat ta’ 3-1 għar-Russi.

Formazzjoni Birkirkara (4-4-2):
M Kopric, E Herrera, C Bubalovic, G Sciberras (c), M Emerson (F Temile 45′), S Dimitrov (D Djordjevic 77′), V Plut, S Bajada (P Jovic 46′), J Zerafa, C Attard, M Andjekovic.
Sostituti: R Camenzuli, I E Akpan, M Buttigieg, N Vucanac

Formazzjoni Krasnodar (4-4-2):
A Sinistsyn, S Strandberg, A Martynovich, D Torbinski (M Pereyra 79′), C Wanderson, V Bystrov, R Laborde (Ari 41′), Joazinho (c), K Eboue, C Kabore (Y Gazinski 69′), S Petrov
Sostituti: S Kritsyuk, O Ahmedov. R Sigurdsson, A Jedrzejczyk

 

birkirkara

Ritratti: Birkirkara FC