Ġuvni ta’ 21 sena weġġa’ gravi meta kmieni dalgħodu prova jaqbeż minn tieqa ta’ appartament għall-oħra f’San Ġiljan.
Jirriżulta li ż-żagħżugħ Żvizzeru kien f’appartament fi Triq Ball u għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħodu għal xi raġuni pprova jaqbeż minn tieqa għall-oħra, b’konsegwenza li waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Iż-żagħżugħ ttieħed l-Isptar Mater għall-kura u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>