Lokali

Ħoloq kaos fl-HSBC ta’ San Pawl il-Baħar

“Daħal fil-bank jgħajjat mal-iskrivani, jgħolli s-siġġijiet u jitkellem ħażin. Kull minn kien ġewwa beża'”. Huma dawn il-kummenti li għaddewlna nies li lbieraħ kienu preżenti fl-HSBC ta’ San Pawl u assistew għal xena mhux tas-soltu. Dan hekk kif raġel deher jargumenta ma’ skrivana tal-bank u jgħajjat bl-addoċċ.

Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħodu, bis-sorsi tagħna jgħidulna li l-aggressur instema’ jgħid “I kill you.”

Hu beda jitkellem ħażin u ħareġ ‘il barra, iżda sakemm għafsu il-buttuna tax-shutter reġa’ daħlilhom u beda jgħolli is-siggijiet.

Fi ftit ħin fil-post waslu 8 karozzi Pulizija. Ir-raġel ġie miżmum mill-Pulizija meta għamel it-tielet attentat biex jerġa’ jidħol fil-bank.

Dwar dan il-każ għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra.