Lokali

Il-pustier anonimu li ħallas minn butu għal bolla nieqsa

Pustier anonimu qed jaqla’ tifħir kbir fuq Facebook wara li minn jeddu ddeċieda li jħallas id-differenza għal ittra kemmxejn kbira li l-bolla mwaħħla fuqha kienet inqas mill-valur reali li suppost kellu jitħallas.

Ġest żgħir. 8 ċenteżmi ta’ ewro biss, imma apprezzat minn ħafna u li fuq kollox jixhed l-umanità u l-qalb tajba ta’ ħaddiema li kuljum iterrqu fost is-sħana tal-ġurnata, u ftit li xejn apprezzati minn ħafna.

Il-każ seħħ f’Santa Venera.