Ambjent Lokali

Irqajja taż-żejt jidhru fil-baħar matul il-kosta bejn Tas-Sliema u Buġibba

Nature Trust (Malta) fi stqarrija qalet, li f’dawn l-aħħar żewġ ġimgħat irċeviet numru ta’ rapporti mill-publiku, kemm mill-Maltin u anke minn turisti, li dehru sustanzi żejtnin fil-baħar viċin il-kosta.

Ir-rapporti li ġew prinċiparjament ġew mill-Lvant tal-gżira Maltija, minn Tas-Sliema sa Buġibba. In-nies ilmentaw li meta niżlu jgħowmu dawn id-irqajja’ taż-żejt jidhru u jinxtammu fil-wiċċ tal-baħar.

Nature Trust irrapurtat il-każijiet lill-numru ta’ awtoritajiet inklużi l-Environment Resource Authoity, l-Environmental Health u oħrajn – fejn s;issa l-ebda minn dawn l-awtoritajiet għadhom ma rrispondew lura lil Nature Trust.

Aktar rapporti waslu llum minn dgħajjes fejn l-irqajja’ taż-żejt dehru matul il-kosta ta’ Pembroke, li kienu ta’ madwar 200 metru twil.

L-organizazzjoni infurmat ukoll lill-mexxejja tal-bajjiet ta’ matul il-kosta ta’ Pembroke biex iniżlu l-bandiera blu jekk dawn l-iqajja’ taż-żejt jidhru viċin bajjiet li għandhom iċ-ċertifikat tal-bandiera blu.

Pollution 1