Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Istitut tal-Ġurnalisti Malti li saret dan l-aħħar ġew eletti l-membri tal-Kunsill il-ġdid, u sussegwentament ġew imqassma l-ħatriet rispettivi.
Qabel il-Laqgħa Ġenerali Annwali, kien hemm żmien li matulu, dawk reġistrati bħala membri tal-IĠM setgħu jinnominaw u jissekondaw individwi interessati biex iservu fil-Kumitat tal-IĠM.
Permezz ta’ emenda li kienet approvata fl-imsemmija Laqgħa Ġenerali Annwali, il-membri tal-Kunsill se jokkupaw il-karigi msemmija hawn taħt għas-sentejn li jmiss:
Chairman: Karl Wright
Deputat Chairman: Caroline Muscat
Segretarju: Mario Xuereb
Teżorier: Mario Schiavone
Segretarju Informazzjoni: Roderick Agius
Segretarju inkarigat mis-Sħubija: Charles Camenzuli
Inkarigat Website/Facebook/Social Media: Brandon Pisani