Wara l-inċident f’Ottubru li għadda waqt ix-show tal-karozzi Paqpaqli, espert tal-Qorti qal li l-kumitat organizzattiv kien inkompetenti u ma kkunsidrax serjament l-ħajjiet tal-ispettaturi li kienu qegħdin fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta isegwu l-wirja.
Ir-rapport tal-inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera issa se jkun qed jifforma parti mill-kawża tal-Pulizija kontra 13-il persuna, li magħom hemm inkluż s-sewwieq Brittaniku u ħafna mill-organizzaturi tax-show b’għan ta’ ġabra ta’ fondi għall-karita’.
Ir-rapport, li fih volum ta’ 1,700 paġna, ġie rrappurtat minn The Times of Malta, u l-istess rapport għad irid jiġi mgħoddi l-avukati difensuri. Ir-riżultat tar-rapport jindika n-nuqqasijiet fis-saħħa u s-sigurta’ li wasslu biex ġew feruti 23 persuna, fejn supercar baqgħet dieħla fl-ispettaturi, u wħud minnhom weġġgħu serjament.
L-espert tal-Qorti rrimarka li ma saret l-ebda pjan ta’ saħħa u sigurta’ qabel l-attivita’, u lanqas ma sar risk assessment jew contingency plan. Il-kumitat organizattiv ma ħax il-parir mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u konsulent mid-dipartiment tal-emerġenza minn Mater Dei xehed li fl-ebda ħin id-dipartiment ma ġie kkonsultat.
Il-ġurnal Times of Malta resqet rikjesta mid-dritt tal-Freedom of Information fejn ingħatat kopja tar-rapport wara l-Ministeru tal-Ġustizzja ħallihom biss jarawh għak ftit f’Jannar li għadda. Ir-rikjesta ġiet rrifjutata hekk kif skonthom r-rapport seta’ jtellef il-proċess tal-Qorti.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja, ordna biex il-partijiet kollha jingħataw kopja tad-dokument, iżda minkejja li għaddew xahrejn dan il-pass għadu ma seħħx. Il-każ se jkompli fit-28 t’Ottubru li ġej.
//= $special ?>