Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni f’Għawdex

Raġel ta’ 55 sena minn Kerċem Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ tmien filati minn fuq fallakka waqt l kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Għaxra ta’ Marzu 1985, f’Kerċem stess.

Ir-raġel ttieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u hemm ġie ċċertifikat li soffra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. P Coppini LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.