Sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-isptar wara li kmieni waranofsinhar indarab f’inċident tat-traffiku, fil-Gżira.
L-inċident seħħ fi Triq D’Argens, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza u mutur.
Fuq il-post waslet ambulanza li ħadet is-sewwieq l-isptar Mater Dei.
Il-Kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>