Numru ta’ turisti barranin li kienu qed jivvjaġġaw ma’ konvoj mill-Punent tal-Afganistan spiċċaw attakkati minn suspettati militanti, b’talanqas sitt turisti jġarrbu ġrieħi ħfief.
It-turisti kienu qed jitwasslu lejn il-belt ta’ Herat taħt skorta ta’ suldati meta seħħ l-attakk. Aktar ‘il quddiem, kelliema għall-Gvernatur ta’ Herat qalu li t-turisti inkwistjoni kienu jinkludu tmien Britanniċi, tliet Amerikani u Ġermaniż.
L-aħħar rapporti qalu wkoll li xi turisti midruba ‘kienu għadhom l-isptar’ u li xufier ta’ nisel Afgan li kien jifforma parti mill-konvoj ukoll indarab fl-attakk.
L-identità tal-aggressuri ma kenitx magħrufa għalkemm is-suspett, f’dan il-każ, waqa’ fuq il-militanti tat-Taliban li, fl-aħħar ġimgħat, żiedu l-attakki madwar il-pajjiż.
//= $special ?>