Lokali Saħħa

Żbroff ta’ drenaġġ fil-baħar f’San Pawl il-Baħar – avviż biex il-pubbliku ma jgħuwmx

Żbroff ta’ drenaġġ fil-baħar fl-inħawi f’Tax-Xema, San Pawl il-Baħar – wassal biex id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza Saħħa Pubblika javża biex sakkem jinħareġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona.

Fil-post tal-iżbroff twaħħlu tabelli li jwasslu dan l-avviż sabiex il-pubbliku ma jgħuwmx.

Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-2.30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.