Internazzjonali

Ajruplan tad-DHL jibqa’ ħiereġ f’nofs ta’ triq

ajruplan bergamo

Ajruplan tad-DHL ġġarraf wara li baqa’ dieħel fuq waħda mit-toroq fl-Italja kmieni dalgħodu.

L-inċident seħħ hekk kif l-ajruplan kien ġej min Pariġi hu u nieżel, baqa’ għaddej minn fuq ir-runway tal-ajruport ta’ Bergamu b’konsegwenza li spiċċa fuq it-triq ta’ maġend l-ajruport.

Iż-żewġ membri tal-ekwipaġġ li kienu abbord it-titjira rnexxielhom jinżlu minn fuq l-ajruplan mingħajr ma ġarrbu ebda ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am u sas-7am l-ajruport kien reġa’ fetaħ.