Il-Pulizija qed iżomm żewġ persuni taħt arrest wara li persuna ngħatat daqqiet ta’ sikkina f’ċentru kummerċjali f’Westfield, fil-Punent ta’ Londra.
L-attakk seħħ fil-Westfield White City, bl-ewwel indikazzjonijiet minn sorsi fil-post ma juru xejn li jista’ jkun konnesss mat-terroriżmu, b’dan ir-reat x’aktarx li marbut mal-kriminalita lokali.
Nifhmu li ż-żewġ persuni (rġiel) arrestati ntlemħu waqt li kienu qegħdin jiġru ‘il hinn mix-xena fejn seħħ l-attakk. Il-vittma tagħhom ttieħed l-isptar bl-ambulanza u l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Kelliema għall-Pulizija Metropolitana qalu li l-awtoritajiet mhuma jeskludu xejn f’dan il-punt, iżda kkummentaw ukoll li ‘dan l-inċident ma kellux x’jaqsam mat-terroriżmu’. L-investigazzjonijiet, intant, qegħdin ikomplu fl-inħawi.
Il-Westfield White City hu t-tieni l-akbar ċentru kummerċjali fir-Renju Unit u l-akbar wieħed f’Londra.
//= $special ?>