Internazzjonali

Eluf ta’ Iraqin li kienu qed jaħarbu inqabdu mill-ISIS

Il-ġellieda tal-ISIS setgħu qabdu madwar 3,000 Iraqqin li kienu qed jaħarbu mill-villaġġi tagħhom, fost rapporti li tal-anqas 12 minn dawn l-Iraqin spiċċaw maqtula ħesrem.
Dan ħareġ minn rapport tal-UNHCR, l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati, li jiddettalja l-iżviluppi ta’ kuljum fl-Iraq; bl-istess rapport isegwi stqarrija simili mill-Osservatorju Iraqi għad-Drittijiet Umani.
Barraminhekk, l-Osservatorju, madwar 1,900 ċivili nqabdu minn xi 120 terrorista tal-ISIS li spiċċaw jużaw in-nies bħala tarki għal waqt l-attakki mill-qawwiet tas-sigurtà Iraqin. Ingħad ukoll li għexieren ta’ ċivili spiċċaw maqtula, b’sitta oħra jinħarqu ħajjin.