Internazzjonali

Filmat: Andy Murray ma jistax jifhem kif iżomm il-bandiera … u jgħatti lill-Prinċipessa

It-tennista Andy Murray għandu kapaċitajiet kbar meta f’idejh ikun qed iżomm r-racquet tat-tennis, imma mhux l-istess jista’ jingħad meta jkun fdat bil-bandiera ta’ pajjiżu.

Murray, wieħed mill-iktar ateleti ta’ suċċess fir-Renju Unit, intagħżel biex ikun hu li jżomm il-bandiera ta’ pajjiżu u jiggwida lill-atleti Brittaniċi fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi ta’ Rio.

Iżda l-Ingliżi jittamaw li jagħmel biċċa xogħol aħjar milli għamel meta ġie ppreżentat bil-bandiera quddiem il-midja. Maġenbu kellu lill-Prinċipessa Anne, li fil-passat saħansitra rebħet xi midalji bħala rikkieba taż-żwiemel fl-Olimpjadi, u attwalment membru tal-Kumitat Internazzjonali tal-Olimpjadi.

Għal madwar minuta, Andy Murray deher jipprova jifhem kif suppost iżomm din il-bandiera, xi kultant jgħatti lill-istess Prinċipessa, u f’mumenti oħra jidher jippunta lejha fil-waqt li membri tal-midja bdew jippruvaw jispjegawlu x’suppost jagħmel.