Lokali

“Il-Laburisti għandhom ikunu ppreferuti f’San Vinċenz” – Iċ-Chief of Staff tal-Ministru għall-Ugwaljanza

Kienet din ir-reazzjoni ta’ Ronnie Pellegrini, iċ-Chief of Staff tal-Minsitru Helena Dalli li ironikament hi l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – wara li l-eks Assistent Direttur ta’ San Vinċenz de Paul, Denis Tanti stqarr li l-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz t-tabib Josianne Cutajar qed taġixxi b’mod diskriminatorju mal-ħaddiema fejn tidħol dixxiplina.

Ronnie Pellegrini fuq Facebook tefa’ artiklu dwar dak li qal Denis Tanti, artiklu dwar il-preferenza tal-ħaddiema Laburisti f’San Vinċenz – fejn hu kiteb il-kliem: “Hekk għandu jkun !”.

13918577_10154358894553582_382341979_o

Dwar din id-diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema f’San Vinċenz, Denis Tanti ġibed l-attenzjoni tal-istess Kap Eżekuttiv Josianne Cutajar kif ukoll tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Mark Musu’, madanakollu, l-abbużi baqgħu isiru.

ronnie pellegrini

Hekk kif dawn l-appelli waqgħu fuq widnejn torox, f’Novembru li għadda hu rrefera dawn il-każi għand il-Whistleblowing Reporting Officer fil-Ministeru konċernat. U ta’ dan Denis Tanti spiċċa jħallas qares għaliex hu spiċċa jidħol għax-xogħol u ma jagħmel xejn għal sitt xhur sħaħ.