5 persuni, fosthom tarbija ta’ sentejn, ttieħdu l-isptar wara li dalgħodu kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku li fih kienet involuta karozza tal-linja u xarabank privata.
L-inċident li seħħ ftit qabel id-disa’ seħħ fi Triq il-Qawra, fil-Qawra.
Il-Ħames persuni li weġġgħu, li huma kollha barranin, kienu passiġġiera fil-karozza tal-linja.
Huma ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġew iċċertifikati li ġarrbu ġrieħi ħfief.
Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn Ingliż ta’ 53 sena residenti San Pawl il-Baħar filwaqt li x-xarabank privata, li fuqha ma kienx hemm passiġġieri, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena mir-Rabat.
//= $special ?>