L-awtoritajiet fl-Iran qegħdin jipprojbixxu l-app tal-virtual reality popolari Pokemon Go minħabba ‘tħassib dwar is-sigurtà’ li huma ma ddettaljawx.
Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kunsill Għoli Iranjan għall-Ispazji Virtwali, li hu l-entità uffiċjali tal-pajjiż li tissorvelja l-attività online.
Filwaqt li l-Iran qed isegwi pajjiżi oħra li esprimew l-inkwiet dwar aspetti ta’ sigurtà relatati għall-Pokemon Go, dan l-Istat fundamentalista sar l-ewwel wieħed fid-dinja li ħareġ projbizzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ din il-logħba li tisfida lill-ġokaturi biex imorru qalb il-lokalitajiet (fid-diversi pajjiżi tad-dinja) u jippruvaw jaqbdu kwantità ta’ cartoon monsters.
Minkejja r-restrizzjonijiet għall-użu tal-Internet f’pajjiżhom, l-Iranjani fuq il-media soċjali iddiskutew il-logħba tal-Pokemon fl-aħħar ġimgħat. Dan wara rapporti li l-awtoritajiet Iranjani kienu qed jistennew biex jaraw sa liema livell il-kreaturi ta’ Pokemon kienu ‘lesti biex jikkooperaw magħhom’ qabel jiddeċiedu dwar ‘il-futur tal-logħba f’pajjiżhom’