F’partita nieqsa minn attendenza kbira u ħafna emozzjonijiet, Neptunes Grimaldi saħħew posthom fil-quċċata meta mingħajr ma kienu wisq brillanti għelbu lil Sliema Betsson 7-3.
Logħba li fiha erġajna rajna partita negattiva għal Sliema fl-attakk biex b’din ir-rebħa Sliema huma matematikament barra mill-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat għal fatt li minkejja li jinsabu disa’ punti taħt Neptunes, ikun hemm iż-żewġ konfronti diretti ma’ San Ġiljan.
Is-Slimiż kienu tajjeb fid-difiża, iżda reġgħu sabuha diffiċli jinfdu lid-difiża u lil Alan Borg Cole. Minn naħa l-oħra Neptunes ma kellhomx il-wirjiet tal-aħħar partiti, iżda għamlu dak li kien biżżejjed għalihom.
Partita xotta mill-gowls b’Jeremy Abela jiskurja l-unika gowl tal-partita mill-viċin. It-tim tal-Balluta għamel l-iskor 3-0 fit-tieni sessjoni b’gowl minn pożizzjoni ċentrali ta’ Jordan Camilleri u ieħor mill-viċin ta’ Radu, b’Sliema jnaqqsu d-distakk b’konklużjoni fil-baxx ta’ Nicholas Bugelli.
Bil-partita tibqa’ nieqsa mill-gowls, kien Steve Camilleri li b’doppjetta għamel l-iskor 5-1 u kompla jnaqqas it-tamiet tas-Slimiżi. Alex Attard għamel l-iskor 5-2 fl-aħħar sessjoni, iżda ma kienx biżżejjed biex jistimola lit-tim u jidħlu fil-partita. Camilleri skorja t-tielet gowl personali biex għalaq il-partita. Cluett skorja gowl ta’ konsolazzjoni iżda kienu xorta Neptunes li għalqu l-partita b’gowl tal-captain Niki Lanzon
//= $special ?>