Lokali

Omm u tarbija involuti f’inċident tat-traffiku

Omm u tarbija ta’ sena jeħilsuha ħafif, hekk kif nqalbu bil-karozza fi Triq il-Qaliet f’Marsaskala. Minkejja l-impatt tal-karozza, huma ma ġarbux ġrieħi gravi.

Il-karozza li nqalbet wara li għal xi raġuni l-omm ta’ 20 sena tilfet il-kontroll tal-vettura u nqelbet għal ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar.

Mal-ewwel fuq il-post marru membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu lill-omm u lit-tarbija joħorġu mill-karozza. Huma ttieħdu minn Marsaskala b’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei.