Internazzjonali

Taxxa fuq djar għall-barranin f’Vancouver

It-tmexxija ta’ Vancouver fil-British Columbia ħabbru li se jibda jkun hemm taxxa ta’ 15 fil-mija fuq djar li jinxtraw minn barranin. Dan peress li kien hemm ħafna barranin li qed jixtru d-djar f’din l-akbar belt fil-provinċja bil-konsegwenza li splodew il-prezzijiet tad-djar u b’ħafna Kanadiżi issa ma jifilħux aktar jixtru dar.
It-taxxa daħlet fis-seħħ din il-ġimgħa u se tapplika għal dawk li jixtru djar fil-qalba ta’ Vancouver li mhumiex ċittadini Kanadiżi jew residenti permanenti. Dan jgħodd l-istess għal kumpaniji barranin.
Studji sabu li kienu ċittadini Ċiniżi l-aktar li kienu qed jixtru propjetajiet f’Vancouver u f’sena l-prezz ta’ dar żdied b’39 fil-mija.
Dan hekk kif fil-belt hemm ammont rekord ta’ nies bla dar. Il-flus mit-taxxa se jjintużaw biex tgħin lil dawk li qed jippruvaw jixtru dar jew jikru.