Sasha Obama, waħda mit-tfal tal-President Amerikan, Barack Obama, bħalissa qed taħdem wara l-counter ta’ ristorant tal-ħut, ’il bogħod mill-kumditajiet tal-White House.
Rapporti fl-istampa Amerikana qalu li Sasha, li għandha 15-il sena, hi għaddejja b’summer job fejn, fost oħrajn, qed isservi l-ikel fir-ristorant partikulari li jinsab f’Martha’s Vineyard, f’Massachusetts.
Skont il-Boston Herald, kontinġent ta’ sitt aġenti tas-servizzi sigrieti qed jakkumpanjaw lil Sasha (isimha proprju Natasha) kull darba hi toħroġ għax-xogħol. il-First Lady tal-Istati Uniti, Michelle Obama, dejjem stinkat biex tagħti lil uliedha ‘l-aktar trobbija normali possibbli’.
It-tifla ta’ Obama tibda taħdem f’ristorant tal-ħut
