Splużjoni u nar f’bar fit-Tramuntana ta’ Franza kmieni s-Sibt filgħodu, ħallew 13 il-persuna mejta u numru ta’ persuni oħra midruba, stqarru l-awtoritajiet Franċiżi.
L-ewwel rapporti li ħarġu jindikaw splużjoni f’Rouen, fin-Normandija kienet inċident, skont il-d-Dipartiment tal-Pulizija f’Rouen.
Wara l-inċident, triq prinċipali ingħalqet u fiż-żona tal-madwar tal-Le Cuba Libre Bar ġew stazzjonati numru ta’ suldati għas-sigurta’, stqarru diversi nies fuq il-post. Diversi vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Puliziija marru mal-ewwel fuq il-post fi Vjal Jacques Cartier.
Media lokali rrapurtat li fil-bar kienu għaddejin ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq is-snin, u l-vittmi fil-bar kellhom etajiet li jvarjaw bejn it-18 u l-25 sena.
Franza ilha fuq allert għoli wara d-diversi attakki terroristiċi li saru fil-pajjiż. Madwar ġimgħatejn ilu, f’Rouen ukoll, żewġ terroristi ħanxru ras saċerdot fuq l-artal waqt li kien qed iqaddes.
//= $special ?>