Internazzjonali

Attakk b’sikkina fil-Belġju

Fil-Belġju sar attakk b’sikkina f’Charleroi. Attakk li fih indarbu żewġ Pulizija hekk kif raġel telaq jiġri lejn għassa tal-tal-Pulizija fost għajjat ta”Allahu Akbar”. Pulizija ieħor li nżerta fil-post fetaħ in-nar u darab l-aggressur iżda hu miet ftit wara fl-isptar.
Fl-attakk, pulizija minnhom, mara, sofriet feriti serji f’wiċċha filwaqt li l-Pulizija l-ieħor, raġel, indarab ħafif.
Il-belt ta’ Charleroi kienet servet ta’ bażi għal xi wħud ta’ terroristi li wettqu l-attakki f’Novembru tal-2015 f’Pariġi u aktar kmieni din is-sena f’Brussel.