Raġel ta’ nazzjonalita barranija jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’argument fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ wara nofsinhar meta l-pulizija kienu nfurmati li raġel kien sofra xi ġrieħi fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.
Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel, kien involut f’argument, meta safa` milqut minn arma li taqta’ u bil-ponta.
Fil-post issejjaħ tim mediku, li assista lir-raġel u ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Antonio Micallef Trigona li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>