L-erba’ unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta, talbu lill-istess linja nazzjonali tal-ajru biex fir-rigward tal-Business Plan tippublika l-ewwel draft agreement jew xi forma ta’ proposti tal-ftehim li diga’ hemm.
Fi stqarrija maħruġa wara laqgħa tas-CRC, li huwa kompost minn rapreżentanti ta’ l-erbgħa Unions li jirrapreżentaw il-ħaddiema ta’ l-Air Malta, ir-rapreżentanti stqarru li huma ma qablu ma l-ebda ftehim fuq xi pjan jew ftehim kollettiv.
Fl-isfont ta’ dak li ntqal riċentament mill-avukat tal-kumpanija, ir-rapreżentanti tal-erba’ unions talbu li l-kumpanija tikkjarifika dak li ntqal.
L-istqarrija ttemm tgħid li l-ħaddiema u l-familji tagħhom, għandhom d-dritt li jkunu jafu l-futur tagħhom mill-aktar fis possibli.
//= $special ?>