Fit-28 ta Mejju li għadda, Kayak for Charity nieda l-Maratona tal-Kayak fejn se tgħin fl-iffinanzjar tal- proġett li Karibu! Malta se jwettaq f’Mbaoni, fil-Kenja, fl-2017. Il-ħames parteċipanti tal-Kayak for Charity – Dorian J. Vassallo, Albert Gambina, Michael Farrugia, Alan Borg u Renato Brincat – se jaqdfu 76 kilometru madwar Malta, nhar il–21 ta’ Settembru li ġej. Il-qaddiefa huma mistennija li jieħdu bejn 12 u 14 =-il siegħa sabiex ikunu lesti mill-qadfa tagħhom u li għandha tintemm f’Birżebbuga.
Kayak for Charity jużaw l-isport bħala mezz ta’ altruwiżmu. Din is-sena se jkunu qegħdin jikkollaboraw ma’ Karibu! Malta li hija organizzazzjoni magħmula minn żgħażagħ li jorganizzaw bosta avvenimenti sabiex jiġbru fondi għal proġetti li jsiru kull sajf fil-Kenja. Dawn il-proġetti huma prinċipalment relatati mal-edukazzjoni tat-tfal. Din il-kollaborazzjoni għandha l-għan li tiġbor fondi għall-proġett li se jsir is-sena id-dieħla minn Karibu! Malta.
Diġa qed isiru xi avvenimenti relatati ma’ dan. Fil-fatt, il-pjan huwa li tinbena skola għat-tfal li lanqas biss għandhom dawl u ilma, aħseb u ara kemm għandhom faċilitajiet edukattivi. Bħalissa meta jmorru “l-iskola”, it-tfal ikollhom jiktbu fuq irkupptejhom.
//= $special ?>