Lokali

Ritratt: Tal-linja – metodu ġdid kif iżżomm it-tieqa milli taqa’?

Jidher li ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi f’Rio ispirat uħud mill-ħaddiema tal-kumpanija li topera t-trasport pubbliku, għaliex abbord din il-karozza tal-linja għal vjaġġ sħiħ dehru nies ibaxxu biex jevitaw injama min-naħa għall-oħra tal-vettura.

Jirriżulta li f’din il-karozza tal-linja, it-tieqa kienet qed tirriskja li tinżel biċċiet. Għalhekk xi ħadd iddeċieda li minflok isewwha, juża roll tejp biex iwaħħal biċċa njama ma’ waħda mill-ħadid li jintuża biex dak li jkun iżomm magħhom … injama li taqsam tal-linja biex iżżomm it-tieqa milli taqa’.

Povru xufier qatta’ vjaġġ sħiħ iwissi l-passiġġieri bl-injama malli telgħu f’tal-linja … imma min bagħtilna r-ritratt qal li ra mill-inqas żewġ passiġġieri aljenati li ħabtu rashom magħha.