Internazzjonali

Imutu waqt għargħar kbir fil-Maċedonja

epa05461025 Damaged vehicles swept into a field in the village of Stajkovci, Skopje, The Former Yugoslav Republic of Macedonia on 07 August 2016. At least 15 people have died in a rain storm that hit the Macedonian capital Skopje late on 06 August 2016 causing severe damage to roads, houses and infrastructure. Around 80 vehicles were caught in landslides the hit Skopje's ringroad which remains closed. EPA/GEORGI LICOVSKI

Fil-Maċedonja mietu talanqas 20 persuna fost għargħar għall-għarrieda li ġarr l-inħawi tal-kapitali Skopje. Dan meta wħud mill-vittmi nstabu mgħarrqin fil-vetturi tagħhom.

It-traġedja segwiet inċidenza ta’ maltempati kbar f’din z-zona, bis-Sindku ta’ Skopje, Kove Trajanovski, isostni li ‘r-residenti tal-kapitali ma raw qatt fenomenu qattiel ta’ dan it-tip’.

L-iskwadri għall-emerġenzi, fl-aħħar sigħat, irnexxielhom jirkupraw il-katavri tal-vittmi, iżda kien hemm ukoll il-persuni neqsin li baqgħu ma nstabux.

L-għargħar spiċċa jġorr parti mir-ring road ta’ Skopje, bir-riżultat li numru kbir ta’ karozzi tkaxkru mal-ilma u spiċċaw qalb l-għelieqi. Jaħsbu li, waqt il-maltempati, niżlet 93 millimetru ta’ xita fuq Skopje li hu aktar mill-medja għax-xahar ta’ Awwissu kollu.

L-aħħar rapporti mill-inħawi qalu li ‘l-ambulanzi ma waqfux mill-vjaġġi’ u li l-Armata qed tgħin f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Dan waqt li numru ta’ nies kienu trattati l-isptar għall-ġrieħi.