Internazzjonali

Ir-ribelli jgħidu li għelbu l-assedju fuq Aleppo

Fis-Sirja r-ribelli ħabbru li kienu għelbu assedju minn forzi favur il-Gvern fuq il-belt ta’ Aleppo li ilu sejjer ġimgħat sħiħ.

Minkejja dan, uffiċjali tal-Gvern Sirjan qalu li mhux veru li ribelli rebħu partijiet kruċjali minn din il-belt.

Forzi tal-Gvern assedjaw Aleppo fil-bidu ta’ Lulju b’aktar minn 250,000 persuna jinqabdu fil-belt.

Attivisti tal-oppożizzjoni Sirjana li jinsabu fir-Renju Unit qalu li grupp ta’ ribelli rnexxielu jidħol fil-belt u issa ngħaqad ma’ ribelli oħra li daħlu qablu u għandhom f’idhom partijiet mill-lvant ta’ Aleppo.

Sadanittant, forzi Kurdi u ribelli, mgħejjuna minn forzi tal-Istati Uniti, rnexxielhom jirbħu lura Manbij minn idejn l-Istat Iżlamiku.