Lokali Qorti

Libjan jiċħad li prova joqtol lil sieħbu fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far

Libjan ta’ 31 sena, Ahmed Omar Amhimmid Aljuweeni, ċaħad li prova joqtol lil sieħbu fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far.

Aljuweeni, li hu residenti fiċ-Ċentru, kien akkużat ukoll li kien fil-pussess ta’ arma u li weġġa’ serjament lir-raġel l-ieħor.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1:45pm meta il-Pulizija kienu infurmati li seħħ argument fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far u li r-raġel sofra minn ġrieħi wara li kien midrub b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Il-Libjan inżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Kurt Galea u Johann J Fenech.