Sport Sport Ieħor

Olimpjadi 2016: Eleanor Bezzina tispiċċa fit-22 post

It-tim Malti fl-Olimpjadi, fetaħ l-impenji tiegħu llum permezz tal-Isparar hekk kif it-tiratriċi Maltija Eleanor Bezzina ħadet sehem fit-10m Air Pistol. Bezzina kellha prestazzjoni tajba hekk kif f’erba’ rawnds ġabet total ta’ 379 punt. Bezzina ġabet 95 punt, 94 punt, 95 punt u 95 punt rispettivament biex spiċċat fit-22 post minn 44 tiraturi.

Il-fażi ta’ kwalifikazzjoni ntrebħet mir-Russa Vitalina Batsarashkina li ġabet total ta’ 390 punt segwita mir-Russa l-oħra Ekaterina Korshunova u l-Griega Anna Korakaki li t-tnejn ġabu 387 punt. B’kollox għaddew tmienja għall-finali bl-aħħar waħda li tikkwalifika tkun l-Ispanjola Sonia Franquet li ġabet 384 punt li jfisser ħames punti aktar mill-Maltija.