Catalin Cirligeanu, Rumen ta’ 31 sena, dalgħodu kien akkużat fil-Qorti li seraq sitt mobiles mill-but ta’ nies li kienu mixjin madwar il-klabb Havana f’Paceville.
Huwa kien akkużat ukoll li hu reċediv.
Ħames mobiles allegatament insterqu kmieni lbieraħ filwaqt li wieħed minnhom fid-29 ta’ Ġunju.
Ir-Rumen ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat.
//= $special ?>