Futbol Sport

Tasal il-konferma ta’ Manchester United dwar it-trasferiment ta’ Paul Pogba

Wara li għal diversi jiem u ġimgħat kien hemm ħafna spekulazzjoni, jidher li s-saga madwar il-midfielder Franċiż Paul Pogba se tintemm hekk kif Manchester United ħabbru fuq is-sit uffiċjali tagħhom li Pogba għandu l-permess li jagħmel l-eżami mediku biex jiffinalizza t-trasferiment u r-ritorn tiegħu ma’ Manchester United.

Ħafna kienu dawk li spekulaw dwar is-somma li t-tim Ingliż se jħallas liċ-Champions Taljani, iżda minkejja li s’issa għad ma kien hemm l-ebda konferma, jidher li ċ-ċifra se tkun madwar €110 miljun li b’hekk mistenni jkun l-aktar trasferiment li sewa flus.