Ambjent Lokali

Torri mibni fuq pedamenti li qed iċedu

Ritratti ipubblikati fuq is-sit soċjali Facebook mill-Ġeologu Peter Gatt li jispeċjalizza fuq il-ġebla Maltija wera kif torri li qed jinbena bħalissa f’Tigne qiegħed iserraħ fuq blata li tidher li hi maqsuma u li qed tittiekel biż-żmien.

Peter Gatt qal li l-binja tinsab qed isserraħ fuq din il-blata, tant li hi parti mill-pedamenti tagħha. Peter Gatt sostna li jekk din il-blata ċċedi kif kollox jindika li maż-żmien hekk jista’ jiġri, il-binja enormi titlef kull saħħa f’dawk li huma l-pedamenti.

Peter Gatt, li hu wkoll lecturer l-MCAST u li fil-passat kien ukoll kien korrispondent nazzjonali tal-Assoċjazzjoni internazzjonali tas-Sedimentoloġisti u li kien jagħmel parti mill-Assoċċjazzjoni Ewropea tal-Ġeoxjentisti u enġiniera esprima dan it-tħassib fis-sit soċjali facebook u ġab reazzjoni ta’ bosta.

Hu temm jgħid li minkejja li minkejja li l-ġeoloġija hi importanti, l-ħajjiet huma ferm aktar importanti.

torri 2