F’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa u nofs karrozza tat-tip Toyota Hilux misjuqa minn mara ta’ 38 sena, residenti San Pawl il-Baħar għal xi raġuni nqalbet fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi. Fil-ħin ta’ l-inċident il-vettura kienet qiegħda tiġi misjuqa lejn is-Siġġiewi.
Fuq il-post issejjaħ team mediku li assista lill-vittma u ittieħedet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tal-mara hija waħda kritika.
B’dan il-każ ġie nfurmat l-Maġistrat tal-Għassa Antonio Micallef Trigona li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Intant f’incident separat, li seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu vettura oħra inqalbet fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Il-vettura tal-għamla Toyota Starlet kienet qiegħda tiġi misjuqa direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ Il-vettura kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena` residenti Ħaż-Żebbuġ stess. Fl-istess inċident intlaqtu ukoll żewġ vetturi li kienu pparkjati, waħda tal-għamla Seat Cordoba u oħra ta’ għamla Daihatsu Sirion.
Team mediku assista lill-ġuvni u iktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>