Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo għandu xejn anqas minn 13-il Konsulent ingaġġat miegħu biex jassistuh mill-elezzjoni ġenerali ‘l hawn.
Dan kien żvelat mill-ġurnal The Times of Malta, li segwa Mistoqsija Parlamentari mill-Kelliem għall-Oppożizzjoni Jason Azzopardi. Il-Ministeru rrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnal dwar il-kundizzjonijiet u l-ħlasijiet li għandhom dawn il-Konsulenti.
Fost il-Konsulenti tal-Ministru hemm id-Deputat Laburista Joe Debono Grech, il-Kandidat Laburista u llum Chairman ta’ Identity Malta Joe Vella Bonnici, kif ukoll il-Monsinjur Joe Vella Gauci, li minbarra li jassisti lill-Ministru Refalo, hu wkoll l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-UNESCO.
Il-ġurnal talab lill-Ministeru biex jippubblika kopji tal-kuntratti ta’ dawn it-13-il Konsulent. Wara li l-Ministeru rrifjuta, saret talba lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data biex jinvestiga minħabba li l-Ministeru għal Għawdex qed jinqeda bil-Liġi ħalli ma jagħtix informazzjoni li hi ta’ interess pubbliku.
//= $special ?>