Illum kien imiss ukoll il-parteċipazzjoni tal-għawwiem Malti Andrew Chetcuti li ħa sehem fil-100m freestyle.
Andrew Chetcuti ħa sehem fit-tieni heat fejn spiċċa fir-raba’ post b’ħin ta’ 51.37 sekondi. Hu kellu ħin aħjar fl-ewwel frazzjoni ta’ 50m meta għamel id-distanza f’ħin ta’ 23.90 sekondi.
Il-heat tiegħu intrebħet minn Igor Mogne tal-Mozanbique f’ħin ta’ 50.62, segwit minn Sean Michael Gunn ta’ Zimbabwe. Minn fost 59 kompetitur, Chetcuti spiċċa fil-51 post.
//= $special ?>