Sport Sport Ieħor

Eleanor Bezzina fis-36 post

Wara l-presetazzjoni tajba fil-pistol minn 10m fejn spiċċat fit-22 post minn 44 kompetitur, illum Eleanor Bezzina reġgħet kienet fl-azzjoni fil-pistol minn distanza ta’ 25m, iżda din id-darba l-prestazzjoni tal-Maltija ma kinitx daqshekk inkoraġġanti.

Bezzina fil-fatt spiċċat biss fis-36 post minn 40 kompetitur li ħadu sehem. Fl-ewwel parti tal-kompetizzjoni dik tal-precision, Bezzina kisbet total ta’ 283, fejn kisbet 96 fl-ewwel rawnd, 94 fit-tieni u 93 fit-tielet.

Fil-parti tar-Rapid, Eleanor Bezzina kient xi ftit inqas preċiża fejn kisbet total ta’ 279, fejn kisbet punteġġ ta’ 96, 91 u 92 fit-tliet rawnds ta’ din is-sezzjoni.

B’kollox b’hekk Eleanor Bezzina kisbet punteġġ ta’ 562 li ħalliha fis-36 post fil-klassifika finali.