Internazzjonali

FILMAT: Ħarab jiġri għall-ajruplan…iżda tilfu xorta!

Raġel li kien għal vaganza f’Madrid spiċċa f’nofs kontroversja fi Spanja wara li ħarab is-sistemi tas-sigurta’ u niżel fuq it-tarmac tal-mitjar fil-kapitali sabiex ma jitlifx l-ajruplan.

Ir-raġel kellu jaqbad titjira tar-Ryanair mill-ajruport ta’ Madrid. Iżda wasal meta kien diġa’ għalaq il-ħin li matulu l-ajruplan kien qed itella’ l-passiġġieri.

U x’għamel? Baqa’ għaddej mis-sistemi ta’ kontroll, wasal sal-bridge li jagħti għall-post fejn kien l-ajruplan, u qabeż 10 piedi għal isfel bil-bagalji b’kollox.

Eventwalment, ir-raġel twaqqaf mill-istaff tal-Ground Handling.