L-Ambjent spiċċa bla vuċi u jidher li ma jista’ jsir xejn biex dan il-fatt jinbidel. Din kienet ir-reazzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), fid-dawl tal-permessi li kienu approvati fil-jiem li għaddew mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Fuq Facebook, il-KSU nieda wkoll filmat bit-tama li jwassal appell favur l-Ambjent. Fil-filmat, persuni li jirrappreżentaw l-iżvilupp u l-ħajja mgħaġġla jidhru qed jgħattu għal kollox persuni oħrajn, li qed jirrappreżentaw l-Ambjent.
Il-KSU qal li t-triq ‘il quddiem hi s-sostenibbiltà, li tista’ sseħħ biss b’kuxjenza akbar dwar dak li qed jiġri f’pajjiżna.
//= $special ?>