Fuq il-bosta gruppi tas-siti soċjali għall-ħabta tal-16,30 beda jiġi ċċirkulat ritratt ta’ jott lussuz li kien jinstab mgħarraq fix-Xatt ta’ Tas-Sliema fiż-żona magħrufa l-aktar fejn il-Ferries. Jidher li l-jott kien sorġut max-Xatt.
F’dawn is-siti soċjali kien hemm appelli biex jinstab is-sid ta’ dan il-jott biex ikun jista’ jerġa’ jiġi rikoverat fuq wiċċ il-baħar. Infatti fuq il-gruppi wkoll intefa’ filmat fejn jidher li bdiet il-ħidma biex il-jott jerġa’ jitella’ fuq wiċċ il-baħar.
Segwi l-filmat hawn taħt.
Ritratt ta’ Martina Borg, filmat ta’ Mike Morris
//= $special ?>