Sport Ieħor

Għada fl-azzjoni William Chetcuti

Wara l-parteċipazzjoni ta’ Eleanor Bezzina fl-isparar u ta’ Andrew Chetcuti fl-għawm, għada jidħol fl-azzjoni t-tiratur Malti William Chetcuti li se jieħu sehem fil-kompetizzjoni double trap.

L-ewwel fażi tal-kompetizzjoni tibda fis-2pm ħin ta’ Malta, filwaqt li s-semifinali u l-logħbiet għall-midalja tal-bronż u dik għall-midalja tad-deheb isiru mit-8pm ‘l quddiem.

L-aqwa 22 tiratur se jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni ferm diffiċli, fejn nittamaw li William Chetcuti jqum għall-okkażjoni u kif għamel għadd ta’ drabi fil-passat ikompli jgħolli isem Malta.