Lokali

Aġġornata: Ħabta bejn bastimenti fil-Port il-Kbir

Dalghodu fil-Port il-Kbir seħħet ħabta bejn tliet bastimenti. Net News hu nfurmat li l-impatt seħħ bejn vapur u lanca tas-sajd, qrib Xatt il-Laboratorju ghall-habta tal-kwarta. Wiehed mill-bastimenti spicca mgħarraq mal-moll.

Sorsi ikkonfermaw ma’ dan l-istazzjon illi l-incident sehh wara problema fil-magni li kellu l-bastiment Maria waqt li kien qed jipprova jittrakka, u li eventwalment spicca baqa’ diehel fil-lanca Angela Arcella li nqalbet u għerqet. Mal-impatt, zewg membri tal-ekwipagg qabzu fil-bahar. Huma ttiehdu fl-Isptar Mater Dei fejn kienu certifikati li qed isofru minn griehi hfief.

Stqarrija ta’ Transport Malta qalet li l-vapur Maria habat ukoll ma’ vapur Union li sofra danni strutturali iżda inqata’ mill-irbit wara l-ħabta.

Il-lanca tas-sajd li gherqet kienet qed iggorr hut tal-ghalf. Wara li ghaddasa mqabbda mill-Qorti accertaw li ma hemm hadd abbord u li mhux hiereg materjal li jniggez, il-Magistrat inkwirenti heles il-lanca u bdiet il-hidma biex tittella’ minn qiegh il-bahar.

Skont Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta, ma kienx hemm kontaminazzjoni fil-Port il-Kbir kawza ta’ dan l-incident. Lanqas ma kien hemm talba uffiċjali lill-Forzi Armati ta’ Malta għall-assistenza.

Madanakollu, bħala prekawzjoni, il-Forzi Armati bagħtu l-Melita I, li tintuża f’ħidmiet ta’ tiftix u salvataġġ, bl-għan li tkun fil-post u tassisti f’każ li jinqala’ l-bżonn.

Fil-post kien hemm ufficjali ta’ Transport Malta u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.

Incident Habta Vapuri Port il-Kbir 2 090816