Internazzjonali

Il-ġenituri ta’ Amerikani maqtulin f’Benghazi jfittxu lil Clinton

epa05349223 US Democratic Presidential candidate and former Secretary of State Hillary Clinton speaks to supporters during a campaign rally at Leimert Park in Los Angeles, California, USA, 06 June 2016. The state of California will hold presidential primary elections on 07 June 2016. EPA/PAUL BUCK

Il-ġenituri ta’ żewġ Amerikani li nqatlu waqt l-attakk tal-2012 minn militanti Iżlamiċi fuq il-belt ta’ Benghazi, fil-Libja, ippreżentaw rikors fil-qorti biex ifittxu lill-eks Segretarju tal-Istat Amerikan Hillary Clinton – illum il-kandidat tal-Partit Demokratiku li, f’Novembru, se tikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti.

Il-ġenituri rispettivi ta’ Sean Smith u Tyrone Woods ressqu r-rikors ( kontra Clinton) b’konnessjoni ‘mar-responsabbiltà tagħha għal dawn l-imwiet’ u għal defamazzjoni fi żmienha bħala Segretarju tal-Istat.

Ir-rikors jinsisti li l-użu ta’ server għall-email privat ta’ Hillary Clinton, dak iż-żmien, ikkontribwixxa għall-mewt ta’ ulied il-ġenituri. Intant, il-ġenituri akkużaw ukoll lil Clinton dwar defamazzjoni fil-mod kif hi kienet ħarġet l-istqarrijiet lill-istampa.

Il-militanti Iżlamiċi, fl-2012, kienu attakkaw kumpless diplomatiku tal-Istati Uniti fl-inħawi ta’ Benghazi fejn inqatlu erba’ Amerikani, fosthom l-Ambaxxatur Amerikan għal-Libja, Chris Stevens.

Għalkemm kumitat tar-Repubblikani fil-Kamra Amerikana tar-Rappreżentanti, din is-sena, warrab l-allegazzjonijiet ta’ imġieba ħażina fil-konfront ta’ Clinton, din il-kwistjoni qed tippersisti anki waqt il-kampanja tal-Partit Demokratiku għall-White House.